Verżjoni:v20260128

Il-Politika tal-Privatezza Ġenerali ta' Xiaomi

Il-Politika tal-Privatezza Ġenerali tagħna nbidlet fl-10 ta' Ottubru 2025.

Jekk jogħġbok ħu ftit ħin sabiex tiffamiljarizza ruħek mal-prattiċi tal-privatezz tagħna u għarrafna jekk ikollok xi mistoqsijiet.

Ħarsa Ġenerali

1. Daħla

2. Informazzjoni personali xi tfisser?

3. Liema informazzjoni niġbru u għal liema għan?

4. Kif naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek ma' persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna?

5. X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek?

6. X’inhuma s-salvagwardji tas-sigurtà tagħna biex inħarsu l-informazzjoni personali tiegħek?

7. Kemm iddum maħżuna l-informazzjoni personali tiegħek?

8. Kif tista’ tieħu ħsieb l-għażliet tal-privatezza tiegħek?

9. X’inhuma l-jeddijiet tiegħek għall-ħarsien tad-dejta?

10. Kif tista’ tuża l-jeddijiet tal-ħarsien tad-dejta tiegħek u kif tista’ tikkuntattjana?

11. L-informazzjoni personali tiegħek kif titmexxa madwar id-dinja?

12. Kif tista’ tħares lit-tfal taħt l-età?

13. Se jkun meħtieġ li taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ partijiet terzi?

14. Kif nibdlu dil-Politika tal-Privatezza?

1. Daħla

Il-privatezza hija waħda mill-valuri ewlenin ta’ Xiaomi u l-ħarsien tal-privatezza tiegħek hija l-ogħla prijorità tagħna. Għalkemm kull prodott jew servizz ta’ Xiaomi għandu l-politika tal-privatezza tiegħu, xi aspetti ewlenin tagħhom daħħalnihom fil-qosor f’dil-Politika tal-Privatezza Ġenerali. B’hekk, tkun tista’ tara l-informazzjoni malajr f’żewġ saffi: verżjoni iktar sempliċi hawnhekk u waħda iktar dettaljata u speċifika billi tirreferi għall-politika tal-privatezza tal-prodott u/jew tas-servizz li tkun interessat fih.

Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li l-ipproċessar tal-informazzjoni personali li jitwettaq minn Xiaomi jista’ jvarja skont il-prodotti u/jew is-servizzi msemmija kif ukoll skont il-karatteristiċi użati u l-konfigurazzjoni magħżula minn kull utent.

Fl-aħħarnett, dak li nixtiequ aħna huwa l-aqwa għall-utenti kollha tagħna. Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar il-prattiki tagħna mfissra f'dil-Politika tal-Privatezza Ġenerali li bihom nipproċessaw id-dejta tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support biex inkunu nistgħu nieħdu ħsieb it-tħassib tiegħek. Nieħdu gost nisimgħu mingħandek.

2. Informazzjoni personali xi tfisser?

Skont dil-Politika tal-Privatezza, "informazzjoni personali" tfisser l-informazzjoni li tista’ tintuża biex individwu jiġi identifikat direttament jew indirettament, minn dik l-informazzjoni waħidha jew minn dik l-informazzjoni flimkien ma’ informazzjoni oħra disponibbli għal Xiaomi dwar dak l-individwu, għajr kif previst speċifikament mod ieħor mil-liġi applikabbli fir-reġjun tiegħek. Din tinkludi l-informazzjoni bħall-isem, id-dettalji tal-kuntatt, in-numri tal-identifikazzjoni, id-dejta dwar il-post jew l-identifikaturi online (eż., l-ID tal-kont ta’ Xiaomi). Aħna mhux se nużaw l-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet oħra li jmorru lil hinn mill-iskop ta' dil-Politika tal-Privatezza.

3. Liema informazzjoni niġbru u għal liema għan?

3.1 Ġbir ta’ informazzjoni personali mingħandek

L-ipproċessar tal-informazzjoni personali li jitwettaq minn Xiaomi jista’ jvarja skont il-prodotti u/jew is-servizzi kif ukoll skont il-karatteristiċi użati u l-konfigurazzjoni magħżula minn kull utent. Għalhekk, meta tuża l-prodotti jew is-servizzi tagħna, l-informazzjoni personali tiegħek tiġi pproċessata biex nagħtuk il-prodotti u/jew is-servizzi li tagħżel inti.

Għalkemm tista’ ssib iktar informazzjoni fil-politiki tal-privatezza speċifiċi tal-prodotti u/jew is-servizzi li qed tuża, ir-raġuni ewlenija għaliex niġbru l-informazzjoni personali hija nagħtuk il-prodotti u/jew is-servizzi li tagħżel inti. Għalhekk, ħafna mill-informazzjoni li nipproċessaw dwarek hija l-informazzjoni li neħtieġu biex nagħtuk dawn il-prodotti jew is-servizzi.

Skont is-servizz li tagħżel, niġbru t-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

3.1.1 L-informazzjoni li tagħtina

Aħna nistgħu niġbru kull informazzjoni personali li tagħtina, li hi meħtieġa għas-servizz li tagħżel. Ngħidu aħna, jekk tuża s-servizzi tal-bejgħ bl-imnut ta’ mi.com taf tagħtina ismek, in-numru tal-mowbajl, l-indirizz tal-email, l-indirizz tal-posta, id-dettalji tal-ordni, id-dettalji tal-fatturazzjoni, in-numru tal-kont tal-bank, isem id-detentur tal-kont, in-numru tal-karta tal-kreditu u informazzjoni oħra; jekk tuża s-servizzi ta' Xiaomi Cloud taf tissinkronizza l-materjali u d-dejta; jekk toħloq kont taf tagħtina l-ġeneru, l-informazzjoni marbuta mas-sigurtà u informazzjoni oħra; jekk tieħu sehem f'xi ħidma tar-riklamar taf tagħtina laqmek, l-indirizz tal-email, ritratti, vidjos jew informazzjoni meħtieġa oħra; jekk tikkomunika magħna, mal-kontenut tagħna, mat-tiswiq tagħna jew tirbaħ xi premju taf tagħtina ismek, in-numru tal-mowbajl u l-indirizz tiegħek.

3.1.2 Informazzjoni li niġbru int u tuża s-servizzi

  • Informazzjoni marbuta mat-tagħmir jew mas-SIM. Ngħidu aħna l-IMEI/OAID, in-numru tal-GAID, in-numru tal-IMSI, l-indirizz tal-MAC, in-numru tas-serje, il-verżjoni u x-xorta tas-sistema, il-verżjoni tar-ROM, il-verżjoni tal-Android, l-ID tal-Android, l-ID ta’ Space, l-operatur tal-karta SIM u ż-żona li jaqdi, l-informazzjoni dwar id-dehra li jagħti l-iskrin, l-informazzjoni dwar it-tastiera tat-tagħmir, id-dettalji dwar il-manifattur tat-tagħmir u isem il-mudell, il-ħin tal-attivazzjoni tat-tagħmir, l-operatur tan-netwerk, ix-xorta tar-rabta, informazzjoni bażika dwar it-tagħmir, l-informazzjoni dwar l-użu u l-bejgħ (ngħidu aħna liema proċessur u ħażna juża t-tagħmir, kif tintuża l-batterija, ir-riżoluzzjoni tal-iskrin u t-temperatura tat-tagħmir, il-mudell tal-lenti tal-kamera, l-għadd ta' drabi li l-iskrin tat-tagħmir inxtegħel jew infetaħ).

  • Informazzjoni speċifika għalik li taf tiġi assenjata minn fornituri tas-servizzi ta’ persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna u s-sħab kummerċjali tagħna: Nafu niġbru u nużaw l-informazzjoni bħall-ID tar-riklamar tiegħek assenjata minn fornituri tas-servizzi ta’ persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna u s-sħab kummerċjali tagħna.

  • Informazzjoni li għandha x’taqsam ma' kif tuża l-apps, fosthom l-identifikaturi uniċi tal-apps (ngħidu aħna l-VAID, OAID, AAID, Instance ID) u l-informazzjoni bażika dwar l-apps bħal ngħidu aħna l-lista tal-apps, l-informazzjoni dwar l-ID tal-apps, il-verżjoni tal-SDK, l-għażliet tal-bidliet tas-sistema, l-għażliet tal-apps (ir-reġjun, l-ilsien, iż-żona tal-ħin, it-tipa), il-ħin meta l-app titla' jew ma tibqax tintwera fuq l-iskrin u r-reġistru tal-istatus tal-apps (ngħidu aħna meta niżżilt, installajt, biddilt jew ħassart l-apps).

  • Informazzjoni li tinħoloq meta tuża servizz tas-sistema Xiaomi, bħal ngħidu aħna l-badges, il-klassifikazzjonijiet, l-informazzjoni dwar id-dħul fil-kont u l-istorja tal-paġni li żort fil-Komunità ta' Xiaomi ; il-messaġġi tiegħek fil-Komunità ta' Xiaomi (li jintwerew biss lil min bagħathom u min irċevihom); l-istorja tal-ħsejjes li tkun daqqejt u t-tiftixiet li tkun għamilt fis-servizzi tal-mużika; l-affarijiet li għoġbuk, il-kummenti, il-favoriti, il-qsim u t-tiftixiet tiegħek fis-servizzi tat-temi; ilsien is-sistema, il-pajjiż u r-reġjun, l-istat tan-netwerk u l-lista tal-apps fil-Maħżen tal-Apps; l-informazzjoni dwar kif tuża t-tagħmir fosthom ir-reġjun, l-IP, l-operatur tal-kontenut rilevanti, kemm tibdel il-wallpaper ta’ sikwit, l-istampi li tkun rajt, il-modalità ta' kif tiftaħ l-istampi u kemm tqatta’ ħin tarahom, l-artikli li tiftaħ u kemm tqatta’ ħin taqrahom u l-abbonamenti tal-Karużell tal-Wallpapers.

  • Informazzjoni dwar il-post fejn tinsab (għal servizzi/faċilitajiet partikulari biss): firxa ta’ xorta ta’ informazzjoni dwar il-post fejn tinsab eżatt jew bejn wieħed u ieħor jekk tuża s-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-post (in-navigazzjoni, it-temp, Sib it-Tagħmir, eċċ.). Dil-informazzjoni tista' tiġbor fiha r-reġjun, il-kodiċi tal-pajjiż, il-kodiċi tal-belt, il-kodiċi tal-operatur tas-servizz, il-kodiċi tal-mowbajls tal-pajjiż, l-identità taċ-ċellola, l-informazzjoni dwar il-lonġitudni u l-latitudni, l-għażliet taż-żona tal-ħin u l-għażliet tal-ilsien. Meta trid tista’ tagħżel liema apps jużaw l-informazzjoni tal-post fejn tinsab minn Għażliet > Apps > Permessi > Permessi > Post fejn tinsab.

  • Informazzjoni dwar il-logs: informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ kif tuża ċerti faċilitajiet, apps u siti tal-internet. Fost dil-informazzjoni jaf ikun hemm il-biskuttini u teknoloġiji ta' għarfien oħra, l-indirizzi IP, l-informazzjoni tat-talbiet lin-netwerk, l-istorja tal-messaġġi temporanja, ir-reġistri standard tas-sistema, l-informazzjoni dwar l-apps li kraxxjaw u l-informazzjoni tar-reġistri maħluqa b'servizz (bħall-ħin tar-reġistrazzjoni, il-ħin tal-aċċess, iż-żmien li tqatta' tuża t-tagħmir, eċċ.).

  • Informazzjoni oħra: Valur tal-karatteristiċi ambjentali (ECV) (jiġifieri il-valur maħluq mill-ID tal-Kont ta’ Xiaomi, mill-ID tat-tagħmir, mill-ID tal-Wi-Fi li t-tagħmir imqabbad miegħu u mill-informazzjoni dwar il-post fejn tinsab).

3.1.3 Informazzjoni minn sorsi ta' partijiet terzi

Fejn nistgħu nagħmlu hekk skont il-liġi, aħna se niġbru l-informazzjoni dwarek minn sorsi terzi. Pereżempju:

  • Għal ċerti servizzi fosthom it-tranżazzjonijiet tal-kontijiet u t-tranżazzjonijiet finanzjarji, bl-awtorizzazzjoni tiegħek, inkunu nistgħu nivvalidaw l-informazzjoni mogħtija minnek (bħan-numru tal-mowbajl) permezz tas-sorsi leġittimi ta' persuni jew entitajiet barra l-kumpanija tagħna għall-għanijiet tas-sigurtà u l-ħarsien kontra l-frodi;

  • It-titjib tal-mudell tar-riklami jitwettaq b'identifikaturi uniċi apposta (bħall-IMEI/OAID/GAID li jinkisbu mingħand dawk li jirriklamaw) u f'ċerti każijiet se tintuża wkoll parti mid-dejta dwar il-konverżjonijiet (bħall-klikks) marbuta ma' kif tuża s-servizzi tar-riklami biex nagħtuk is-servizzi tar-riklami.

  • Nistgħu niksbu wkoll xi informazzjoni bħall-ID tal-kont tiegħek, il-laqam, ir-ritratt tal-profil u l-indirizz tal-email minn servizzi tan-netwerks soċjali ta' persuni jew entitajiet barra l-kumpanija tagħna (eż. meta tuża l-kont tan-netwerk soċjali biex tidħol f'servizz Xiaomi).

  • Informazzjoni dwarek mogħtija lilna minn kumpaniji oħra, bħall-indirizz tal-posta tiegħek li utent ieħor jista’ jagħtina meta jixtri xi prodotti għalik mis-servizzi ta’ mi.com.

3.1.4 Informazzjoni mhux identifikabbli

Nistgħu niġbru wkoll xorta ta' informazzjoni oħra li mhux direttament jew indirettament marbuta ma' persuna u li ma tistax titqies bħala informazzjoni personali taħt il-liġijiet tal-post li nkunu meħtieġa nimxu magħhom. Din l-informazzjoni hija magħrufa bħala informazzjoni li ma twassalx biex jiġi magħruf l-utent. Nistgħu niġbru, nużaw, immexxu jew naqsmu l-informazzjoni li ma twassalx biex jiġi magħruf l-utent. Dawn huma xi eżempji tal-informazzjoni li niġbru u ta' kif nistgħu nużawha bħala parti minn grupp ta' informazzjoni b'mod li ma twassalx biex jiġi magħruf l-utent:

  • Dil-informazzjoni taf tiġbor fiha d-dejta tal-istatistika maħluqa meta tuża xi servizz partikulari (eż. informazzjoni li għandha x’taqsam mat-tagħmir li ma tistax twassal lura għalik, informazzjoni dwar l-użu jum b'jum, il-paġni li żżur, kemm tqatta' ħn f’kull paġna u l-avvenimenti tas-sessjonijiet);

  • Dejta dwar l-operat tan-netwerks (eż. il-ħin tat-talbiet, in-numru tat-talbiet jew l-iżbalji fit-talbiet, eċċ.);

  • Avvenimenti ta' meta jikkraxxjaw l-apps (eż. il-logs li nħolqu awtomatikament meta l-app tikkraxxja).

L-għan ta' dal-ġbir ta' dejta huwa li ntejbu s-servizzi li nagħtuk. It-tip u l-ammont ta’ informazzjoni miġbura jiddependu fuq kif tuża l-prodotti u/jew is-servizzi tagħna.

Niġbru flimkien din l-informazzjoni biex nagħtuk iktar informazzjoni utli u nifhmu liema partijiet tas-siti tal-internet, prodotti u servizzi tagħna jinteressawk l-iktar. Ngħidu aħna, nafu neħtieġu nkunu nafu l-għadd tal-utenti li jkunu attivi f’jum, imma ma nkunux neħtieġu nkunu nafu min ikun attiv f’dak il-jum u b’hekk id-dejta miġbura tkun biżżejjed għall-analiżi tal-statistika. Se nagħmlu l-almu tagħna biex nifirdu d-dejta personal tiegħek mill-informazzjoni li ma twassalx biex jiġi magħruf l-utent u niżguraw li ż-żewġ tipi ta' dejta jintużaw b'mod separat. Madankollu, fil-każ li niġbru flimkien l-informazzjoni li ma twassalx biex jiġi magħruf l-utent mal-informazzjoni personali, dik l-informazzjoni miġbura flimkien se titqies bħala informazzjoni personali skont id-deċiżjonijiet tal-liġijiet dwar il-privatezza u skont dil-politika tal-privatezza sakemm id-dejta tibqa’ miġbura flimkien.

3.2 Kif nużaw l-informazzjoni personali li niġbru

L-iskop tal-ġbir tal-informazzjoni personali huwa li nagħtuk il-prodotti u/jew is-servizzi tagħna u biex niżguraw li qed nimxu mal-liġijiet, mar-regolamenti u mar-rekwiżiti regolatorji oħra li obbligati nimxu magħhom. Dan jinvolvi:

  • Li nagħtu, nipproċessaw, inżommu, intejbu u noħolqu l-prodotti u/jew is-servizzi tagħna għalik, bħal ngħidu aħna t-twassil bil-posta, l-attivazzjoni, il-verifika, l-għajnuna ta’ wara l-bejgħ, l-għajnuna lill-klijenti u r-riklami.

  • Li ndaħħlu fis-seħħ u nwettqu s-salvagwardji tas-sigurtà biex ħadd ma jġarrab telf u qerq, bħal ngħidu aħna biex nagħrfu l-utenti u nivverifikaw l-identità tagħhom. Nużaw l-informazzjoni tiegħek għal skopijiet tal-ġlieda kontra l-frodi biss meta jintlaħqu dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: hija meħtieġa; u d-dejta użata għall-evalwazzjoni hija skont l-interessi leġittimi ta' Xiaomi biex tipproteġi lill-utenti u s-servizzi.

  • Li nipproċessaw il-mistoqsijiet u t-talbiet tiegħek dwar it-tagħmir u s-servizzi, bħat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-klijenti, li nibagħtu n-notifiki fis-sistema u fl-apps, waqt li nieħdu ħsieb il-ħidmiet tiegħek fil-ġrajjiet u r-riklamar (eż. il-lotteriji) li tieħu sehem fihom.

  • Li nwettqu ħidmiet ta’ riklamar rilevanti, bħal li nagħtu l-materjal u l-bidliet tat-tiswiq u tar-riklamar. Jekk ma tixtieqx tibqa’ tirċievi ċertu xorta ta’ materjal tar-riklamar, tista’ tagħżel li ma tirċevix iktar dal-materjal bil-metodu mogħti fil-messaġġ (bħal ngħidu aħna bil-ħolqa biex ittemm l-abbonament f'qiegħ il-messaġġ) sakemm ma jkunx hemm liġi lokali li tgħid mod ieħor. Jekk jogħġbok ara wkoll it-taqsima 9 "X’inhuma l-jeddijiet tiegħek għall-ħarsien tad-dejta" hawn taħt.

  • Għanijiet interni, bħall-analiżi tad-data, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-informazzjoni tal-istatistika li għandha x’taqsam mal-użu tal-prodotti jew tas-servizzi tagħna biex intejbu l-prodotti jew is-servizzi tagħna. Ngħidu aħna, it-tagħlim tal-magni jew it-taħriġ tal-algoritmi tal-mudelli jitwettaq wara l-ipproċessar tad-deidentifikazzjoni.

  • Li ntejbu l-ħidma tat-tagħmir tiegħek, bħal ngħidu aħna li nanalizzaw kif l-apps tiegħek jużaw il-memorja jew il-proċessur.

  • Li naħżnu u nżommu l-informazzjoni li għandha x'taqsam miegħek għal ħidmiet kummerċjali (bħall-istatistika kummerċjali) jew biex nimxu ma’ dak li titlob minna l-liġi.

  • Li nipproċessaw skont l-interessi leġittimi ta’ Xiaomi (f'ċerti ġurisdizzjonijiet, ngħidu aħna skont il-GDPR). L-interessi leġittimi jinkludu li nkunu nistgħu nieħdu ħsieb u nħaddmu n-negozju tagħna b'mod iktar effiċjenti u noffrulek il-prodotti u s-servizz tagħna; li nħarsu s-sigurtà tan-negozji, tas-sistemi, tal-prodotti, tas-servizzi u tal-klijenti tagħna (fosthom għall-għanijiet tal-ħarsien kontra t-telf u kontra l-frodi); il-kontroll intern; li nimxu mal-politiki u l-proċessi interni; u interessi leġittimi oħra skont ma jissemma f'dil-politika.

    Nistgħu pereżempju li biex niżguraw is-sigurtà tas-servizzi tagħna, u biex nifhmu aħjar kif jaħdmu l-apps tagħna, inżommu informazzjoni siewja, bħal kemm tużahom ta' sikwit, ir-reġistru tal-apps li jikkraxxjaw, informazzjoni ġenerali dwar l-użu, dejta dwar il-ħidma u l-informazzjoni dwar minn fejn ksibt l-apps. Nistgħu niġbru l-ID tal-Kont ta’ Xiaomi, in-numru tas-serje u l-indirizz IP tal-kompjuter użat u n-numru tas-serje u l-informazzjoni dwar it-tagħmir tal-mowbajl tiegħek biex nevitaw li bejjiegħa mhux awtorizzati jiftħu t-tagħmir.

  • Li fuq it-tagħmir terminali tiegħek noffru s-servizzi li ma jeħtieġu l-ebda komunikazzjoni mas-servers tagħna, bħal ngħidu aħna meta tuża Noti fuq it-tagħmir tiegħek.

  • Għanijiet oħra bil-qbil tiegħek.

    Dawn huma xi eżempji iktar dettaljati dwar kif nużaw l-informazzjoni tiegħek (li jista’ jkun fiha informazzjoni personali):

  • Meta nattivawlek u nirreġistrawlek il-prodotti jew is-servizzi Xiaomi mixtrija tiegħek.

  • Meta noħolqu u nżommu l-Kont ta’ Xiaomi tiegħek. Meta l-informazzjoni personali li tinġabar meta toħloq Kont ta’ Xiaomi fuq is-siti tal-internet tagħna jew billi tuża t-tagħmir tal-mowbajl tagħna nużawha biex noħolqulek Kont ta’ Xiaomi u paġna tal-profil personali għalik.

  • Meta nipproċessaw l-ordni tax-xiri tiegħek. Meta l-informazzjoni li għandha x’taqsam mal-ordnijiet tal-kummerċ elettroniku nużawha biex nipproċessaw l-ordni ta' xiri u s-servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ wara l-bejgħ, fosthom l-għajnuna għall-klijenti u t-twassil mill-ġdid. Barra minn hekk, in-numru tal-ordni ser jintuża biex l-ordni tiġi verifikata mal-imsieħba tas-servizzi tal-posta kif ukoll biex inkunu nafu l-istat tat-twassil tal-pakkett. L-informazzjoni dwar min jirċievi, fosthom l-isem, l-indirizz, in-numru tal-mowbajl u l-kodiċi postali se jintużaw għall-għanijiet tat-twassil. L-indirizz elettroniku tiegħek jintuża biex nibagħtulek l-informazzjoni tal-ittraċċar tal-pakketti. Il-lista tal-oġġetti mixtrija tintuża għall-istampar tal-fattura u tippermetti lill-klijent jara liema oġġetti jinsabu fil-pakkett.

  • Meta tieħu sehem fil-Komunità ta' Xiaomi. L-informazzjoni personali li għandha x’taqsam mal-Komunità ta' Xiaomi jew ma' pjattaformi tal-internet oħra ta' Xiaomi tista' tintuża fil-wiri tal-paġna tal-profil tiegħek, biex tikkomunika ma' utenti oħra u biex tieħu sehem fil-Komunità ta' Xiaomi.

  • Meta nagħtuk is-servizzi tas-sistema. L-informazzjoni li ġejja tintuża biex tibda tuża s-servizzi tas-sistema: l-informazzjoni marbuta mat-tagħmir u l-karta SIM fosthom in-numru GAID, in-numru IMEI, in-numru IMSI, in-numru tal-mowbajl, l-ID tat-tagħmir, is-sistema tat-tħaddim tat-tagħmir, l-indirizz tal-MAC, ix-xorta tat-tagħmir, l-informazzjoni dwar is-sistema u l-ħidma tat-tagħmir u dwar il-post fejn tinsab fosthom il-kodiċi tal-pajjiż tal-mowbajl, il-kodiċi tal-kumpanija tan-netwerk tal-mowbajl, il-kodiċi taż-żona tal-post fejn tinsab u l-identità taċ-ċellula.

  • Meta nagħmlu d-dijanjożi ta’ attivazzjoni li ma tirnexxix. Informazzjoni li għandha x’taqsam mal-post fejn tinsab tintuża biex naċċessaw il-karta Sim li l-attivazzjoni tagħha ma tkunx irnexxiet (eż. gateways u netwerks tas-Serviżż ta’ Messaġġi Qosra (SMS) li ma ffunzjonawx) biex nidentifikaw il-kumpanija li tħaddem in-netwerk tas-servizz u biex ninnotifikwa lill-kumpanija li tħaddem in-netwerk bl-attivazzjoni li ma rnexxietx.

  • Meta nagħtu servizzi oħra tas-sistema. L-informazzjoni li tinġabar meta inti tuża s-servizzi tas-sistema Xiaomi tintuża biex jitwettqu l-faċilitajiet ta' dawk is-servizzi u biex jittejbu s-servizzi bħal ngħidu aħna t-tniżżil, it-tibdil, ir-reġistrazzjoni, it-twettiq jew it-titjib tal-għemil li għandu x’jaqsam mas-servizzi tas-sistema. Ngħidu aħna, l-informazzjoni personali miġbura mit-Temi tista' tagħti s-servizzi tar-rakkomandazzjonijiet tat-temi personalizzati skont l-istorja tat-tniżżil u tal-ibbrawżjar tiegħek.

  • Meta nsibu t-tagħmir tiegħek. Jekk it-tagħmir tiegħek jintilef jew jinsteraq, il-faċilità Sib it-tagħmir ta' Xiaomi tista' tgħinek issibu u żżommu b’mod sigur. Tista' ssib it-tagħmir tiegħek fuq mappa għax nużaw l-informazzjoni tal-post fejn tinsab, tħassar id-dejta mill-bogħod u ssakkar it-tagħmir. Meta tuża l-faċilità Sib it-tagħmir, l-informazzjoni tal-post fejn jinsab it-tagħmir tittieħed mit-tagħmir; f'ċerti sitwazzjonijiet l-informazzjoni tinkiseb mill-antenni tal-operatur tas-servizz tal-mowbajl jew mill-hotspots tal-Wi-Fi. Tista' tixgħel jew titfi dil-faċilità fi kwalunkwe ħin mill-Għażliet > Kont ta’ Xiaomi > Xiaomi Cloud > Sib it-tagħmir.

  • Meta nerfgħu l-informazzjoni tal-post fejn sar it-teħid fir-ritratti. Tista' terfa’ l-informazzjoni tal-post fejn sar it-teħid waqt li tiġbed ir-ritratt. Dil-informazzjoni se tidher fil-fowlders tar-ritratti tiegħek u l-post fejn sar it-teħid se tintrefa’ fil-metadejta tar-ritratti tiegħek. Jekk ma tixtieqx li terfa’ l-post fejn sar it-teħid waqt li tieħu r-ritratt, tista' titfi dil-faċilità fi kwalunkwe ħin mill-Għażliet tal-kamera tat-tagħmir.

  • Meta noffru l-faċilitajiet tal-messaġġi (eż. Mi Talk, Mi Message). Jekk tniżżel u tuża Mi Talk, l-informzzjoni miġbura mill-Mi Talk tista' tintuża biex jinxtegħel das-servizz u jiġu identifikati l-utent u min jirċievi l-messaġġ. Barra minn hekk, l-istorja tat-taħditiet tinħażen biex tkun eħfef terġa' ttella' l-istorja tat-taħditiet wara li utent jinstalla app mill-ġdid u biex tkun eħfef tissinkronizzaha bejn tagħmir u ieħor. Informazzjoni bħan-numri tal-mowbajl u l-IDs ta' Mi Messaġġi ta' min jibgħat u jirċievi l-messaġġi li jistgħu jintużaw minn Mi Messaġġi biex tibda tuża s-servizz u tikseb aċċess għall-faċilitajiet ewlenin tagħha fosthom li tgħaddi l-messaġġi lil ħaddieħor.

  • Meta noffru s-servizzi marbuta mal-post fejn tinsab. Waqt li tkun qed tuża s-servizzi tas-sistema Xiaomi, l-informazzjoni dwar il-post fejn tinsab tista' tintuża minna jew mill-fornituri tas-servizzi barra l-kumpanija tagħna u mill-imsieħba kummerċjali tagħna (għal iktar informazzjoni aqra "Kif naqsmu, nibagħtu u naqsmu pubblikament l-informazzjoni personali tiegħek" hawn taħt) biex nagħtuk is-servizzi u d-dettalji preċiżi dwar dak il-post (bħal ngħidu aħna d-dettalji tat-temp) bħala parti mill-pjattaforma Android għall-aqwa esperjenza li jista' jkollok bħala utent. Meta tixtieq tista' titfi s-servizzi tal-post fejn tinsab mill-Għażliet jew titfi l-użu tas-servizzi tal-post fejn tinsab mill-apps waħda waħda.

  • Meta ntejbu l-esperjenza tal-utent billi nużaw l-analiżi tad-dejta, tal-hardware u tas-software. Ċerti faċilitajiet li tista' tagħżel li tuża, bħall-Programm tal-Esperjenza tal-Utent, jippermettu lil Xiaomi li tanalizza d-dejta dwar kif l-utenti jużaw il-mowbajl, is-servizzi tas-sistema Xiaomi u s-servizzi l-oħra mogħtija minn Xiaomi, biex b'hekk Xiaomi tkun tista' ttejjeb l-esperjenza tal-utenti, bħal ngħidu aħna billi nibagħtu r-rapporti dwar l-apps li jikkraxxjaw. Xiaomi se tanalizza wkoll it-tagħmir u s-software biex tkompli ttejjeb l-esperjenza tal-utenti.

  • Meta noffru l-faċilità Sigurtà L-informazzjoni miġbura tista’ tintuża għall-faċilitajiet tas-sigurtà u tal-manutenzjoni tas-sistema fl-app Sigurtà, bħall-Iskenn tas-sigurtà, l-Iffrankar tal-batterija, il-Lista mblukkata, it-Tindif, eċċ. Uħud minn dawn il-faċilitajiet jitħaddmu minn fornituri tas-servizzi barra l-kumpanija tagħna u/jew mill-imsieħba kummerċjali tagħna (għal iktar informazzjoni ara "Kif naqsmu, nibagħtu u naqsmu pubblikament l-informazzjoni personali tiegħek" hawn taħt). Informazzjoni li mhix informazzjoni personali, bħal listi ta' definizzjoni tal-virus, tintuża għall-funzjonijiet ta' Skenn tas-sigurtà.

  • Meta noffru s-servizz push. L-ID tal-Kont ta’ Xiaomi, il-GAID, token ta’ FCM, l-ID tal-Android u l-ID ta' Space (fuq it-tagħmir Xiaomi bil-faċilità Second Space mixgħula biss) se jintużaw ukoll biex inkunu nistgħu noffrulek is-servizz Push ta' Xiaomi u s-servizzi tan-notifiki ta' Xiaomi biex inqisu kemm jaħdmu tajjeb ir-riklami u biex nibagħtu n-notifiki mis-sistema dwar il-bidliet tas-software jew għat-tħabbir ta’ prodotti ġodda, fosthom l-informazzjoni tat-tiswiq u r-riklami. Biex nagħtuk is-servizz imsemmi hawn fuq, se tinġabar ukoll xi informazzjoni mill-apps (bħall-ID tal-verżjoni tal-apps, isem il-pakkett tal-apps) u xi informazzjoni siewja dwar it-tagħmir tiegħek (ditta, mudell). Nistgħu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek bil-għan li nibagħtulek messaġġi push (kemm b'messaġġi fis-servizzi tagħna, bl-email jew b'mezzi oħra) li jagħtu jew jirreklamaw il-prodotti u s-servizzi tagħna u/jew il-prodotti u s-servizzi ta' persuni magħżula barra l-kumpanija tagħna. Dil-ħaġa ssir biss bil-qbil tiegħek meta dan ikun meħtieġ mil-liġijiet li aħna obbligati nimxu magħhom. Meta trid tista' tagħżel li ma tirċevix informazzjoni tat-tiswiq mingħandna u mingħand persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna billi tibdel l-għażliet tiegħek minn Għażliet jew billi tieħu ħsieb l-għażliet tiegħek mill-app/sit tal-internet barra l-kumpanija tagħna li tuża Xiaomi push. Jekk jogħġbok ara wkoll "Il-jeddijiet tiegħek" hawn taħt.

  • Meta nivverifikaw l-identità tal-utent. Xiaomi tuża l-ECV biex tivverifika l-identità tal-utenti u tevita li ħaddieħor jidħol fil-kont tiegħek bla permess.

  • Meta niġbru l-kummenti u l-ħsibijiet tal-utent. Il-kummenti u l-ħsibijiet li tagħżel li tagħtina huma siewja għax jgħinu lil Xiaomi ttejjeb is-servizzi tagħna. Sabiex tkompli l-ħidma fuq il-kummenti u l-ħsibijiet li għażilt li tagħtina, Xiaomi tista' tikkomunika miegħek billi tuża l-informazzjoni personali li tkun tajtna u tirreġistra dil-komunikazzjoni biex issib tarf tal-problemi u ttejjeb is-servizz.

  • Meta nibagħtu t-twissijiet. Minn żmien għal żmien, nistgħu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nibagħtu twissijiet importanti, bħat-twissijiet dwar ix-xiri u l-bidliet fir-regoli, il-kundizzjonijiet u l-politiki tagħna. Dix-xorta ta' informazzjoni hija kruċjali int u taħdem ma' Xiaomi u għalhekk nissuġġerulek bil-kbir li taqbel li tirċievi dat-twissijiet.

  • Meta nwettqu ħidmiet tar-riklamar. Jekk tieħu sehem f'lotterija, kompetizzjoni jew xi offerta oħra bħal dawn fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali ta' Xiaomi, nistgħu nużaw l-informazzjoni personali li tagħtina biex nibagħtulek il-premjijiet.

  • Meta nagħtuk servizzi u kontenut personalizzati, fosthom ir-riklami. Biex inħarsu l-privatezza tiegħek, minflok nużaw ismek, l-indirizz tal-email tiegħek jew informazzjoni oħra li biha tista’ tingħaraf direttament, nużaw numru waħdieni għalik biex nagħtuk prodotti, servizzi u ħidmiet personalizzati, fosthom ir-riklami.

    Nistgħu ngħaqqdu dil-informazzjoni ma’ informazzjoni oħra (fosthom l-informazzjoni minn servizzi jew tagħmir differenti bħall-kompjuters, il-mowbajls, it-televiżjonijiet smart u tagħmir marbut ieħor) biex noffru u ntejbu l-prodotti, is-servizzi, il-kontenut u r-riklamar tagħna.

    Pereżempju, nistgħu nużaw id-dettalji tal-Kont ta’ Xiaomi tiegħek fis-servizzi kollha li tuża li jeħtieġu Kont ta’ Xiaomi. Barra minn hekk, biex intejbu l-esperjenza tiegħek u s-servizzi tagħna filwaqt li nimxu mal-liġijiet u r-regolamenti li obbligati nimxu magħhom u (fejn hu meħtieġ) bil-permess tiegħek, nistgħu nsarbtu l-informazzjoni li tkun ġejja minn prodotti, servizzi jew tagħmir differenti tiegħek jew li għandu x'jaqsam miegħek biex noħolqu profil li se jintuża biex nagħtuk xi suġġerimenti, biex nuruk kontenut personalizzat u biex nippersonalizzaw il-faċilitajiet tagħna għalik.

    Ir-riklami personalizzati jintwerewlek skont pereżempju l-għemil, l-użu u l-preferenzi marbuta mas-servizzi u l-apps tagħna. Aħna noħolqu l-profili billi nifhmu l-informazzjoni msemmija hawn fuq u nibnu kategoriji (gruppi b'kataratteristiċi speċifiċi komuni bejniethom) u nqiegħdu l-informazzjoni personali tiegħek f'mill-inqas kategorija waħda. Ir-riklami personalizzati jintwerew biss bil-qbil tiegħek fejn dan ikun meħtieġ taħt il-liġijiet li obbligati nimxu magħhom. Meta trid għandek il-jedd li tieqaf tintwera riklami personalizzati u tista' tagħżel li ma tħalliniex nibnu profil dwarek, fosthom profili għat-tiswiq dirett.

    Min-naħa tagħna se nagħtuk għodod apposta biex tikkontrolla kif jinbena u jitqies il-profil tiegħek għar-raġunijiet taż-żewġ skopijiet imsemmija qabel u biex nimxu mal-liġijiet li obbligati nimxu magħhom. Għandek il-jedd li ma tibqax tirċievi tiswiq dirett min-naħa tagħna u li ma tħalliniex nużaw l-informazzjoni dwarek biex nieħdu deċiżjonijiet awtomatiċi għalik. Biex tkun tista' tagħmel użu minn dawn il-jeddijiet, tista' tixgħel jew titfi dal-faċilitajiet meta trid minn Għażliet > Passwords u sigurtà > Privatezza > Servizzi tar-riklami jew Għażliet > Passwords u sigurtà > Sigurtà tas-sistema > Servizzi tar-riklami jew tista' tiktbilna billi żżur https://privacy.mi.com/support jew tista' taqra dwar il-mekkaniżmi tal-kontroll imsemmija fil-politika tal-privatezza ta' kull prodott. Jekk jogħġbok ara wkoll it-taqsima 9 "X’inhuma l-jeddijiet tiegħek għall-ħarsien tad-dejta" hawn taħt.

4. Kif naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek ma' persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna?

Biex noffrulek il-prodotti u s-servizzi tagħna, nafu naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek mas-sħab fdati jew mal-fornituri tas-servizzi. Ngħidu aħna, meta tordna prodott fuq is-sit tal-internet uffiċjali tagħna, naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek mal-fornitur tas-servizz tat-twassil tal-pakketti msemmija li se jieħu ħsieb jibgħat ix-xiri tiegħek.

Barra minn hekk u sa fejn ikun meħtieġ, Xiaomi se taqsam l-informazzjoni personali t-tajba lil: korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra li jkollhom awtoritajiet regolatorji fil-każ ta’ ħtiġijiet magħżula skont il-liġi; il-qrati u t-tribunali, f’ każ ta ’rekwiżiti speċifiċi magħmula skont il-liġi applikabbli; aġenziji tal-infurzar tal-liġi, fil-każ ta’ ħtiġijiet magħżula skont il-liġi.

Meta jkun skont il-liġi, Xiaomi se taqsam l-informazzjoni personali tiegħek ma’ dawn il-korpi. F’kull wieħed minn dawn ix-xenarji, aħna se naqsmu biss l-informazzjoni li hija meħtieġa biex il-korpi jew l-organizzazzjonijiet kompetenti t’hawn fuq jilħqu l-għanijiet tajbin tagħhom.

Fejn hu meħtieġ u skont il-liġi, aħna se naqsmu ukoll l-informazzjoni personali tiegħek mal-korpi msemmija hawn fuq biex inħarsu n-negozju, il-jeddijiet, l-assi jew is-servizzi tagħna stess.

Nistgħu naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek mal-accountants, l-awdituri, l-avukati jew il-konsulenti barranin professjonali oħra tagħna li jaqduna skont id-dmirijiet professjonali tas-segretezza meta nitolbuhom jagħtuna pariri professjonali jew meta s-servizz professjonali tagħhom ikun meħtieġ skont il-liġi.

Nistgħu naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek mal-investituri u entitajiet barra l-kumpanija tagħna tajbin oħra fil-każ ta’ bejgħ li jseħħ jew jista’ jseħħ ta’ jew xi tranżazzjoni korporattiva oħra li għandha x’taqsam ma’ xi entità fil-Grupp Xiaomi.

Għal iktar informazzjoni dwar dan, minħabba li kull prodott jew servizz għandu l-karatteristiċi tiegħu, jekk jogħġbok żur il-politiki tal-privatezza li jgħoddu tal-prodotti u/jew tas-servizzi li qed tuża.

5. X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek?

Neħtieġu bażi legali biex nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek skont il-liġi. Fejn ikun il-każ skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni tiegħek, il-bażijiet legali biex nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek skont dil-Politika tal-Privatezza huma:

  • Biex nimxu mad-dmirijiet kuntrattwali. Meta toħloq profil, kont jew tuża l-prodotti u s-servizzi ta’ Xiaomi, l-għan li għalih nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek jintgħażel l-ewwel minn dak is-servizz u nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek biex inkunu nistgħu nagħtuk dak is-servizz. Jekk ma tagħtix dil-informazzjoni personali tiegħek, nafu ma nkunux nistgħu nagħtuk il-prodotti jew is-servizzi tagħna.

  • Meta tagħti l-qbil tiegħek. Tista’ wkoll tagħtina l-informazzjoni personali volontarjament bil-għan li nagħtuk dal-prodott u s-servizzi li għandhom x’jaqsmu miegħu.

  • Skont id-dmirijiet legali ta’ Xiaomi. Bħala kontrollur tad-dejta, Xiaomi hija marbuta minn dmirijiet legali. F'ċerti każijiet (e.ż., biex naħżnu l-informazzjoni personali tiegħek minħabba xi tilwima jew b'ordni ta' awtorità għassiesa għall-ħarsien tad-dejta), ikollna nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek biex inkunu nistgħu naqdu dad-dmirijiet.

  • Fi ħdan interess tajjeb. Xi drabi, meta jitqies l-impatt minimu fuq il-privatezza tiegħek, l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek huwa meħtieġ għall-interessi tajbin li ġejjin:

    • Għas-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni, għas-sigurtà tan-netwerk u għaċ-ċibersigurtà fi ħdan Xiaomi.

    • Biex intejbu s-sigurtà tas-sistemi, biex nevitaw il-qerq fuq is-sit minħabba l-phishing u biex inħarsu s-sigurtà tal-kontijiet.

    • Għall-ħidma ġewwiena tal-kumpanija, biex nilqgħu ir-riskji u għall-ispezzjonijiet ġewwiena (l-iktar fejn jidħlu s-sigurtà tal-informazzjoni u/jew il-privatezza).

    • Għall-ħolqien u t-titjib tal-prodotti u s-servizz tagħna (fosthom l-analiżi u t-tijib tal-għażliet u l-faċilitajiet tal-Kont ta' Xiaomi).

6. X’inhuma s-salvagwardji tas-sigurtà tagħna biex inħarsu l-informazzjoni personali tiegħek?

6.1 Is-salvagwardji tas-sigurtà ta' Xiaomi

Aħna impenjajna ruħna li nżommu l-informazzjoni personali tiegħek sigura. Biex nevitaw dħul mhux awtorizzat, qsim tad-dejta jew riskji oħra bħal dawn, aħna daħħalna l-proċeduri fiżiċi, elettroniċi u maniġerjali kollha meħtieġa mil-liġi biex inħarsu u nsaħħu s-sigurtà tal-informazzjoni li niġbru mingħandek. Aħna se niżguraw li nħarsu l-informazzjoni personali tiegħek skont il-liġi li obbligati nimxu magħhom.

Ngħidu aħna, meta tidħol fil-Kont ta’ Xiaomi tiegħek, se tuża l-programm ta’ verifika tagħna f’żewġ stadji għal sigurtà aħjar jekk il-kont tiegħek ikun f’riskju. Meta tibgħat jew tirċievi d-dejta mit-tagħmir Xiaomi tiegħek lis-servers tagħna, aħna niżguraw li huma kkriptati billi nużaw is-Sigurtà tas-Saff tat-Trasport ("TLS") u algoritmi oħra.

L-informazzjoni personali kollha tiegħek tinħażen fuq servers siguri u tiġi mħarsa f’faċilitajiet ikkontrollati. Aħna nikklassifikaw l-informazzjoni tiegħek skont l-importanza u s-sensittività waqt li niżguraw li l-informazzjoni personali tiegħek tingħata l-livell tas-sigurtà meħtieġ. Għandna kontrolli tal-aċċess speċjali għall-ħażna tad-dejta fil-cloud u ta' sikwit inqisu mill-ġdid il-modi kif niġbru, naħżnu u nipproċessaw l-informazzjoni, fosthom miżuri fiżiċi tas-sigurtà, biex ngħassu kontra kull aċċess u użu mhux awtorizzat.

Madankollu, għandek iżżomm f'moħħok l-Internet mhux kompletament sigur u għalhekk ma nistgħux nagħtu garanzija tas-sigurtà jew l-integrità tal-informazzjoni personali meta tibgħathielna jew tirċeviha bl-Internet.

Aħna nwettqu l-għarbiel meħtieġ dwar l-imsieħba kummerċjali u l-operaturi tas-servizz l-oħra tagħna biex niżguraw li jkunu jistgħu jħarsu l-informazzjoni personali tiegħek. Nivverifikaw ukoll li dawn jimxu mal-istandards tas-sigurtà meħtieġa permezz ta' restrizzjonijiet kuntrattwali, u fejn ikun meħtieġ, verifiki u valutazzjonijiet oħra. Barra minn hekk, il-ħaddiema, l-imsieħba kummerċjali u l-operaturi tas-servizzi l-oħra li jaċċessaw l-informazzjoni personali tiegħek huma marbuta b'kuntratt li jiżgura l-kunfidenzjalità. Aħna mmexxu korsijiet ta' taħriġ dwar is-sigurtà u l-ħarsien tal-privatezza u niċċekkjaw l-għarfien tal-ħaddiema tagħna biex intejbu l-għarfien tagħhom dwar l-importanza li jħarsu l-informazzjoni personali. Aħna se nieħdu l-passi kollha li nistgħu u li mitluba minna bil-liġi biex inħarsu l-informazzjoni personali tiegħek.

F’każ li jseħħ xi ħruġ tad-dejta personali, aħna nagħmlu dak kollu li hu meħtieġ skont il-liġi tal-ħarsien tad-dejta fosthom, fejn ikun meħtieġ, li nirrappurtaw il-ħruġ tad-dejta lill-awtorità tal-ħarsien tad-dejta u lis-suġġetti tad-dejta nfushom.

6.2 X'tista' tagħmel

Biex tevita li l-password tiegħek toħroġ pubblikament f’siti tal-internet oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lis-sigurtà tal-kont ta' Xiaomi tiegħek, tista’ tagħżel password unika għas-servizzi ta' Xiaomi billi l-password tad-dħul jew id-dettalji tal-kont tiegħek ma taqsamhom mal-ebda persuna (sakemm ma tkunx tajt permess lil dik il-persuna). Sa fejn tista', jekk jogħġbok taqsamx il-kodiċi tal-verifika li rċevejt ma’ xi persuna oħra (anki ma' dawk li jgħidu li qegħdin fit-tim tas-servizz tal-għajnuna għall-klijenti ta' Xiaomi). Kull meta tidħol bħala utent tal-Kont ta’ Xiaomi fuq dil-Pjattaforma, l-iktar meta tagħmel hekk fuq il-kompjuter ta’ xi ħadd ieħor jew fuq kompjuters pubbliċi, dejjem għandek toħroġ wara li ttemm is-sessjoni tiegħek. Xiaomi ma tistax tinżamm responsabbli għall-ksur tas-sigurtà li jseħħ meta persuni oħra jidħlu fl-informazzjoni personali tiegħek minħabba li inti tonqos milli żżomm l-informazzjoni personali tiegħek privata. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, għandek tgħarrafna minnufih jekk ikun hemm xi dħul jew użu mhux awtorizzat tal-kont tiegħek minn xi utent ieħor tal-Internet jew minħabba xi ksur ieħor tas-sigurtà. L-assistenza tiegħek se tgħinna nipproteġu l-privatezza tal-informazzjoni personali tiegħek.

6.3 Meta tidħol fil-faċilitajiet l-oħra fuq it-tagħmir tiegħek

L-applikazzjonijiet tagħna jistgħu jidħlu f’xi faċilitajiet fuq it-tagħmir tiegħek. Din l-informazzjoni tintuża biex l-applikazzjonijiet jitħallew jaħdmu fuq it-tagħmir tiegħek u biex inti titħalla tinteraġixxi mal-applikazzjonijiet. Meta trid tista' tneħħi l-permessi tiegħek billi titfihom fil-livell tat-tagħmir tiegħek jew billi tikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support.

7. Kemm iddum maħżuna l-informazzjoni personali tiegħek?

Bħala regola ġenerali, aħna nżommu l-informazzjoni personali għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imfissra fil-Politiki tal-Privatezza tagħna jew kif meħtieġ skont il-liġi. Ma nibqgħux inżommu u nħassru jew nanonimizzaw l-informazzjoni personali ladarba jintlaħaq l-għan tal-ġbir, jew wara li nikkonfermaw it-talba tiegħek għat-tħassir, jew wara li ntemmu t-tħaddim tas-servizzi magħżula, għajr meta jkun meħtieġ jew permess skont il-liġi, u f’dal-każ, l-informazzjoni personali tiegħek tinfatam u ma tibqax tiġi pproċessata iktar għajr biex nimxu mad-dmirijiet tal-liġi u għanijiet oħra skont il-liġi. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni personali tiegħek se tkunu tista’ tintuża biss mill-entitajiet barra l-kumpanija tagħna magħżula skont il-liġi. Wara li jgħaddi ż-żmien għal tmiem iż-żamma tal-informazzjoni, inħassru dil-informazzjoni personali jew nanonimizzawha.

8. Kif tista’ tieħu ħsieb l-għażliet tal-privatezza tiegħek?

Aħna nirrikonoxxu li t-tħassib dwar il-privatezza huwa differenti minn persuna għal oħra. Għalhekk, qed noffru xi eżempji ta’ modi kif tista' tnaqqas il-ġbir, l-użu, il-qsim jew ipproċessar ieħor tal-informazzjoni personali tiegħek u biex tikkontrolla l-għażliet tal-privatezza tiegħek:

  • Ara u ibdel l-informazzjoni tas-sigurtà tal-kont tiegħek, l-informazzjoni personali, il-permessi u l-kontroll tat-tagħmir mit-tagħmir tiegħek minn Għażliet > Kont ta’ Xiaomi, jew billi żżur https://account.xiaomi.com;

  • Ara u ibdel l-informazzjoni tiegħek fil-kont ta’ dil-Pjattaforma minn Kont Tiegħi > Bdil tal-informazzjoni;

  • Ibdel l-għażliet tan-notifiki tiegħek fil-kont ta’ dil-Pjattaforma minn Kont Tiegħi > Għażliet tan-Notifiki;

  • Kif tikkanċella servizz jew kont. Jekk tixtieq tikkanċella l-Kont ta’ Xiaomi tiegħek, taf tagħmel dan billi timxi mal-passi minn Għażliet > Kont ta’ Xiaomi > Għajnuna > Ħassar il-Kont, jew billi żżur https://account.xiaomi.com;

  • Jekk kont diġà qbilt li nistgħu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek għall-għanijiet imsemmija fil-politika tal-privatezza t-tajba, tista' tibdel id-deċiżjoni tiegħek meta trid billi tikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li t-tħassir tal-Kont ta’ Xiaomi jew il-profil tiegħek se jżommok milli tuża l-firxa sħiħa tal-prodotti ta' Xiaomi u s-servizzi kollha li għandhiom x’jaqsmu magħha. Biex inħarsu l-jeddijiet u l-interessi tajbin tiegħek u tal-utenti l-oħra, aħna se nqisu jekk naċċettawx jew le t-talba tiegħek għat-tħassir skont l-użu tiegħek tal-prodotti u s-servizzi differenti ta' Xiaomi.

9. X’inhuma l-jeddijiet tiegħek għall-ħarsien tad-dejta?

Għandek xi jeddijiet marbuta mal-informazzjoni personali tiegħek li nżommu dwarek (hawn magħrufa bħala t-"talba"). Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li skont il-ġurisdizzjoni tiegħek, dawn il-jeddijiet jiddependu minn limitazzjonijiet jew eċċezzjonijiet partikolari skont il-liġi tal-post:

  • Il-jedd għall-aċċess/ksib ta’ rapport li jagħti tagħrif dwar l-informazzjoni personali li nżommu dwarek. Kopja tad-dejta personali tiegħek ipproċessata minna tingħata lilelk mingħajr ħlas meta tagħmel talba għaliha. Għal kull talba oħra għal informazzjoni magħżula, nistgħu nitolbuk tariffa raġjonevoli tal-ispejjeż amministrattivi skont il-liġi. Ikun xi jkun il-każ, jekk jogħġbok żomm f’moħħok li tista’ tidħol fil-Kont ta’ Xiaomi u/jew f’dil-Pjattaforma biex tara xi informazzjoni personali tiegħek li nżommu mingħandek.

  • Il-jedd li ssewwi l-informazzjoni personali tiegħek. Jekk xi informazzjoni li għandna dwarek mhix tajba jew mhix kompluta, għandek dritt issewwi jew tibdel l-informazzjoni personali tiegħek skont l-użu li tixtieqna nagħmlu minnha. Żomm f’moħħok li tista’ wkoll tidħol fil-Kont ta’ Xiaomi u/jew f’dil-Pjattaforma biex issewwi xi dejta tiegħek.

  • Il-jedd li tħassar l-informazzjoni personali tiegħek. Skont il-ħtiġijiet tal-liġi, għandek il-jedd titlobna naħssru jew inneħħu l-informazzjoni personali tiegħek meta ma jkollniex raġuni tajba biex inkomplu nużawha. Se nqisu r-raġunijiet marbuta mat-talba għat-tħassir tiegħek u se nieħdu passi reġjonevoli, fosthom miżuri tekniċi, biex inkomplu bit-tħassir tal-informazzjoni personali tiegħek. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li minħabba l-liġi mhux dejjem se nkunu nistgħu nħassru l-informazzjoni mill-kopji maħżuna tagħna minnufih (ngħidu aħna, fejn hu meħtieġ li nżommu l-informazzjoni personali tiegħek f'każ li jinbtu xi talbiet minħabba jew b'rabta ma' kif nipproċessaw dil-informazzjoni personali) u/jew minħabba l-limitazzjonijiet tat-teknoloġija. F'dak il-każ, naħżnu l-informazzjoni personali tiegħek b'mod sigur u ma nkomplux nipproċessawha iktar sakemm inkunu nistgħu nħassru jew nanonimizzaw l-informazzjoni.

  • Il-jedd li ma taqbilx mal-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek. Għandek il-jedd li ma taqbilx mal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek skont l-interess tajjeb ta’ Xiaomi, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qagħda tiegħek jew għal raġunijiet legali oħra skont il-liġi. Jekk ma taqbilx ma’ dal-ipproċessar, ma nibqgħux nipproċessaw id-dejta tiegħek għal dawn ir-raġunijiet u għanijiet sakemm ma nkunux nistgħu nagħmlu dan skont il-liġi.

  • Il-jedd li tillimita l-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek. Għandek il-jedd li tillimita l-ipproċessar min-naħa tagħna tal-informazzjoni personali tiegħek, ngħidu aħna fil-każijiet fejn taħseb li l-ipproċessar qed isir bi ksur tal-liġi, imma xorta ma tridniex inħassru l-informazzjoni personali tiegħek. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni personali tiegħek tiġi pproċessata biss bil-qbil tiegħek, biex inwettqu jew niddefendu t-talbiet legali jew għal/skont l-għanijiet/raġunijiet legali oħra skont il-liġi.

  • Il-jedd għat-tmexxija tad-dejta. F'xi każijiet maħsuba mil-liġi, għandek il-jedd li tikseb l-informazzjoni personali tiegħek f'għamla apposta, li tintuża komunament u li tinqara mill-magni u/jew li tibgħat dik l-informazzjoni personali lil xi kontrollur tad-dejta ieħor.

  • Il-jedd li tneħħi l-qbil. F’dawk il-każijiet fejn il-qbil tiegħek huwa meħtieġ għall-ipproċessar tal-informazzjoni personali tiegħek, meta trid tista’ tneħħi dan il-qbil. Madankollu, żomm f'moħħok li jekk tneħħi l-qbil tiegħek taf ma tkunx tista' tkompli tuża dil-Pjattaforma u s-servizzi marbuta magħha u/jew tidħol f’xi informazzjoni jew faċilitajiet. It-tneħħija tal-qbil jew l-awtorizzazzjoni tiegħek mhux se taffettwa l-validità tad-dejta li nkunu ġbarna u pproċessajna skont il-qbil tiegħek sal-ħin tat-tneħħija tal-qbil.

  • Jeddijiet oħra skont il-liġi.

Jekk jogħġbok, żomm f’moħħok li tista’ wkoll tidħol, tibdel u tħassar xi dettalji marbuta ma’ xi informazzjoni personali fil-kont tiegħek ta’ dil-Pjattaforma, fil-Kont ta’ Xiaomi tiegħek fuq https://account.xiaomi.com jew billi tidħol fil-Kont ta’ Xiaomi tiegħek fuq it-tagħmir tiegħek. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok iktbilna jew ikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support.

10. Kif tista’ tuża l-jeddijiet tal-ħarsien tad-dejta tiegħek u kif tista’ tikkuntattjana?

Tiddejjaqx tiktbilna billi żżur https://privacy.mi.com/support, jew tuża l-indirizzi postali t'hawn taħt, jekk ikollok xi kummenti jew mistoqsijiet dwar dil-Politika tal-Privatezza jew xi mistoqsijiet marbuta ma' kif Xiaomi tibġor, tuża jew taqsam l-informazzjoni personali tiegħek, jew tixtieq tuża xi wieħed mill-jeddijiet tal-ħarsien tad-dejta tiegħek skont it-Taqsima t'hawn fuq. Meta jaslulna l-mistoqsijiet dwar l-informazzjoni personali jew it-talbiet biex tniżżel jew taċċessa ħwejġek, għandna tim professjonali li jieħu ħsieb dat-tħassib fosthom l-Uffiċjali tal-Ħarsien tad-Dejta (DPO) li tista' tikkuntattjahom fuq https://privacy.mi.com/support jew fl-indirizzi postali t’hawn taħt. Jekk il-mistoqsija tiegħek hija marbuta ma' xi kwistjoni kumplikata, nafu nitolbuk iktar informazzjoni. Jekk tikkonsulta magħna, aħna nipprovdu informazzjoni dwar il-kanali tal-ilment relevanti li jistgħu jkunu applikabbli abbażi tas-sitwazzjoni attwali tiegħek.

  • Għall-utenti fiż-Żona Ekonomika Ewropeja (ŻEE), ir-Renju Unit (UK) u l-Iżvizzera (CH):

Xiaomi Technology Netherlands B.V., Prinses Margrietplantsoen 39, 2595 AM, The Hague, The Netherlands

  • Għall-utenti ġewwa l-Indja:

Xiaomi Technology India Private Limited, Building Orchid, Block E, Embassy Tech Village, Outer Ring Road, Devarabisanahalli, Bengaluru, Karnataka - 560103, India

Kull diskrepanza jew ilment għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-dejta jew informazzjoni personali sensittiva għandu jintbagħat lill-Uffiċjal għall-Ilmenti imsemmi hawn taħt:

Isem: Vishwanath C

Telefown: 080 6885 6286, Mit-Tnejn sas-Sibt: mid-09:00 sas-18:00

Email: grievance.officer@xiaomi.com

  • Għall-utenti li jinsabu f’pajjiżi/territorji oħra:

Xiaomi Technologies Singapore Pte. Ltd. 1 Fusionopolis Link #04-02/03 Nexus@one-north, Singapore 138542

Jekk jogħġbok, ara li tagħti biżżejjed informazzjoni biex Xiaomi tkun tista' tivverifika l-identità tiegħek u tiżgura li int is-suġġett tad-dejta jew li int awtorizzat skont il-liġi biex titkellem f’isem is-suġġett tad-dejta. Ladarba niksbu biżżejjed informazzjoni biex nikkonfermaw li t-talba tiegħek tista' tiġi proċessata, aħna nwieġbu għat-talba tiegħek fiż-żmien li tagħtina l-liġi skont il-liġi tal-ħarsien tad-dejta tiegħek.

Għandna l-jedd li ma naċċettawx li nipproċessaw talbiet li huma bla skop, bla bażi jew eċċessivi żżejjed, talbiet li jagħmlu ħsara lill-privatezza tal-oħrajn, talbiet estremament mhux realistiċi u talbiet li jeħtieġu biċċa xogħol teknika kbira żżejjed kif ukoll talbiet li m'aħniex meħtieġa nipproċessaw mil-liġijiet tal-post, talbiet għal informazzjoni pubblika u talbiet għal informazzjoni meqjusa kunfidenzjali. Nistgħu wkoll ma naċċettawx it-talba tiegħek jekk nemmnu li xi partijiet mit-talba tiegħek biex tħassar jew taċċessa l-informazzjoni jistgħu jwasslu biex aħna ma nkunux nistgħu nużaw dil-informazzjoni għal skopijiet ta' sigurtà jew biex nitħarsu kontra għemil qarrieq. Jekk nagħżlu li ma nipproċessawx it-talba tiegħek se ngħarrfuk b'dil-ħaġa u bir-raġunijiet jekk il-liġijiet li obbligati nimxu magħhom jitolbuna nagħmlu hekk. F'dak il-każ ngħarrfuk ukoll bit-termini li tista' titlob il-liġi li obbligati nimxu magħha.

Jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba li tirċievi, tista' tressaq it-tħassib tiegħek quddiem l-awtorità regolatorja responsabbli fil-ġurisdizzjoni tiegħek. Jekk tinsab fiż-ŻEE/UK/CH, jekk jogħġbok sib hawnhekk il-lista tal- awtoritajiet kompetenti ewlenin taż- ŻEE/Ir-Renju Unit/L-Iżvizzera.

11. L-informazzjoni personali tiegħek kif titmexxa madwar id-dinja?

Xiaomi tipproċessa u taħżen il-kopji tal-informazzjoni billi tuża infrastruttura dinjija għat-tħaddim u l-kontroll. Bħalissa Xiaomi għandha ċ-ċentri tad-dejta tagħha ġewwa l-Indja, in-Netherlands, ir-Russja u Singapore. Skont l-għanijiet ta’ dil-Politika tal-Privatezza, l-informazzjoni tiegħek tista' tintbagħat lil dawn iċ-ċentri taż-żamma tad-dejta skont il-liġi.

Nistgħu wkoll immexxu l-informazzjoni personali tiegħek għand fornituri tas-servizzi ta' entitajiet barra l-kumpanija tagħna u s-sħab kummerċjali kif ukollm id-dejta tiegħek tista' għalhekk tinħareġ għal pajjiżi jew reġjuni oħra. Il-ġurisdizzjonijiet li fiha jinsabu dawn il-faċilitajiet dinjin, l-operaturi tas-servizzi ta' entitajiet barra l-kumpanija tagħna u s-sħab kummerċjali jistgħu ma jħarsux l-informazzjoni personali bl-istess standards tal-ġurisdizzjoni tiegħek. Hemm riskji differenti skont il-liġijiet differenti dwar il-ħarsien tad-dejta u li nistgħu mmexxu u naħżnu l-informazzjoni personali tiegħek fil-faċilitajiet li mhumiex fl-Ewropa, madankollu dan ma jbiddilx l-impenn tagħna li nimxu ma’ dil-Politika tal-Privatezza u li nħarsu l-informazzjoni personali tiegħek.

B’mod partikulari:

  • L-informazzjoni personali li niġbru u noħolqu matul il-ħidma tagħna fir-Russja tiġi proċessata u tinħażen fiċ-ċentri taż-żamma tad-dejta li jinsabu ġewwa r-Russja għajr fil-każ fejn il-liġi Russa tħallina noħorġu d-dejta barra l-pajjiż.

  • L-informazzjoni personali li niġbru u noħolqu matul il-ħidma tagħna fl-Indja tinħażen fiċ-ċentri taż-żamma tad-dejta li jinsabu fl-Indja.

Jekk inkunu neħtieġu li nibagħtu l-informazzjoni personali barra l-ġurisdizzjoni tiegħek, kemm lill-imsieħba tagħna jew lill-fornituri tas-servizzi ta’ entitajiet barra l-kumpanija tagħna jew lis-sħab kummerċjali tagħna, se nimxu skont il-liġi. Aħna niżguraw li t-tmexxijiet bħal dawn kollha jissodisfaw il-ħtiġijiet dwar il-ħarsien tad-dejta skont il-liġi fejn tinsab inti billi nimplimentaw salvagwardji uniformi. Tista' ssir taf iktar dwar is-salvagwardji li għandna fis-seħħ billi tikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support.

Jekk tuża s-servizzi tagħna ġoż-ŻEE, ir-Renju Unit jew l-Iżvizzera, il-kontrollur tad-dejta se tkun Xiaomi Technology Netherlands B.V. filwaqt li Xiaomi Technologies Singapore Pte. Ltd. tkun responsabbli għall-ipproċessar ta’ xi informazzjoni personali tiegħek. Jekk Xiaomi taqsam l-informazzjoni personali maħluqa minnek fiż-ŻEE, ir-Renju Unit jew l-Iżvizzera ma' xi entità tal-Grupp Xiaomi, ma’ xi operatur tas-servizz ta’ entitajiet barra l-kumpanija tagħna, jew mas-sħab kummerċjali barra ż-ŻEE, ir-Renju Unit jew l-Iżvizzera (għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra t-Taqsima 4 t’hawn fuq) fejn il-liġijiet tal-post jafu ma jħarsux l-informazzjoni personali tiegħek bl-istess standards bħal dawk tal-pajjiż jew ita-reġjun tiegħek, Xiaomi se tuża l-Klawżoli tal-Kuntratti Standard tal-UE jew xi sistema ta' ħarsien oħra mogħtija mill-GDPR jew skont il-liġi fis-seħħ tar-Renju Unit jew tal-Iżvizzera biex tħares l-informazzjoni tiegħek skont l-ogħla standards Ewropej.

12. Kif tista’ tħares lit-tfal taħt l-età?

Aħna nqisu li hija ir-responsabbiltà tal-ġenitur jew tal-kustodju li jissorvelja l-użu li jagħmlu t-tfal tagħhom tal-prodotti u s-servizzi tagħna. Aħna ma noffrux is-servizz tagħna direttament lit-tfal u lanqas ma nużaw l-informazzjoni personali tat-tfal għall-għanijiet tat-tiswiq.

Jekk int ġenitur jew kustodju u temmen li tfal taħt l-età taw l-informazzjoni personali tagħhom lil Xiaomi, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq https://privacy.mi.com/support biex tiżgura li dil-informazzjoni personali titneħħa minnufih u biex kull abbonament tat-tfal taħt l-età jitneħħa minn kull servizz ta' Xiaomi li setgħu rreġistraw għalih.

13. Se jkun meħtieġ li taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ partijiet terzi?

Il-Politika tal-Privatezza tagħna ma tgħoddx għall-prodotti u s-servizzi offruti minn persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna. Skont is-servizzi li tuża, dawn jistgħu idaħħlu prodotti jew servizzi ta’ persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna bħas-servizzi tal-ipproċessar tal-pagamenti, eċċ. Xi wħud minn dawn jingħataw fl-għamla ta’ ħoloq għas-siti tal-internet ta’ persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna, u xi wħud se jidħlu fihom bl-użu ta’ SDKijiet, APIjiet, eċċ. L-informazzjoni tiegħek tista’ tinġabar ukoll minn dawn il-persuni u entitajiet barra l-kumpanija tagħna meta tuża dawn il-prodotti jew servizzi. Għal din ir-raġuni, aħna nissuġġerixxu fermament li tieħu l-ħin biex taqra l-politika tal-privatezza tal-parti terza bħalma qrajt tagħna. M'aħniex responsabbli għal u ma nistgħux nikkontrollaw kif partijiet terzi jużaw l-informazzjoni personali li jiġbru mingħandek. Il-Politika tal-Privatezza tagħna m'hix valida għal siti oħra marbuta b'ħolqa mis-servizzi tagħna.

14. Kif nibdlu dil-Politika tal-Privatezza Ġenerali?

Aħna ta' spiss nirrevedu dil-Politika tal-Privatezza minħabba l-bidliet fil-kummerċ, it-teknoloġika, il-liġijiet li jgħoddu u l-prattika tajba u għalhekk nistgħu nibdlu dil-Politika tal-Privatezza. Jekk nagħmlu xi bidliet kbar fil-kontenut f’dil-Politika tal-Privatezza, se ngħarrfuk b'tieqa popup, b'email mibgħuta fl-indirizz tal-email tal-Kont ta’ Xiaomi tiegħek jew b’xi metodu legali u disponibbli ieħor biex tkun tista' sdwar l-informazzjoni li niġbru u kif nużawha. Bidliet bħal dawn fil-Politika tal-Privatezza jibdew jgħoddu mid-data tad-dħul fis-seħħ mogħtija fit-twissija t’hawn fuq. Aħna nħeġġuk sabiex kull tant żmien tara dil-paġna għall-aħħar informazzjoni dwar il-prattiki tal-privatezza tagħna. Meta jkun meħtieġ skont il-liġi, se nitolbu l-qbil espliċitu tiegħek meta niġbru iktar informazzjoni personali mingħandek jew meta nużaw jew naqsmu l-informazzjoni personali tiegħek għal għanijiet ġodda.